# L.S. 601.05, regolament 69. Konslutazzjonijiet preliminari tas-suq

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/69 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/69
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Qabel ma jniedu proċedura ta’ akkwist, l-entitajiet kontraenti jistgħu jorganizzaw konslutazzjonijiet mas-suq bil-ħsieb tat-tħejjija tal-akkwist u biex jgħarrfu lill-operaturi ekonomiċi bil-pjanijiet u r-rekwiżiti ta’ akkwist tagħhom.
(2) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, entitajiet kontraenti jistgħu, pereżempju, jfittxu jew jaċċettaw parir minn esperti jew awtoritajiet indipendenti jew minn parteċipanti tas-suq. Dak il-parir jista’ jintuża fl-ippjanar u t-twettiq tal-proċedura tal-akkwist, sakemm dan il-parir ma jkollux l-effett ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ta’ trasparenza.
