# L.S. 601.05, regolament 68. Avviż ta’ kompetizzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/68 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/68
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) L-entitajiet kontraenti li beħsiebhom jorganizzaw kompetizzjoni ta’ disinn b’valur stmat li jilħaq jew jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Iskeda 5 għandhom isejħu għal kompetizzjoni permezz ta’ avviż ta’ kompetizzjoni.
(2) Meta entitajiet kontraenti ikunu beħsiebhom jagħtu kuntratt ta’ servizz sussegwenti skont ir-regolament 126(g), dan għandu jiġi indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni ta’ disinn.
(3) L-entitajiet kontraenti li organizzaw kompetizzjoni ta’ disinn għandhom iħabbru r-riżultati permezz ta’ avviż.
(4) Is-sejħa għal kompetizzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Iskeda 18 u l-avviż tar-riżultati ta’ kompetizzjoni għandu jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Iskeda 19 fil-format ta’ formuli standard.
(5) L-avviż tar-riżultati tal-kompetizzjoni ta’ disinn għandu jiġi mgħoddi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fi żmien tletin ġurnata mill-għeluq tal-kompetizzjoni ta’ disinn.
(6) Fejn il-ħruġ ta’ informazzjoni dwar ir-riżultat tal-kompetizzjoni jkun ta’ xkiel għall-infurzar tal-liġi jew inkella jmur kontra l-interess pubbliku jew ikun jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku partikolari, kemm pubbliku jew privat, jew ikun jista’ jippreġudika l-kompetizzjoni leali bejn operaturi ekonomiċi, din l-informazzjoni tista’ ma titħalliex tiġi ppubblikata.
(7) Id-dispożizzzjonijet tar-regolament 66 għandhom japplikaw ukoll għal avviżi li għandhom x’jaqsmu mal- kompetizzjonijiet ta’ disinn.
