# L.S. 601.05, regolament 67. Pubblikazzjoni f’livell nazzjonali

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/67 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/67
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Sakemm ma jkunx awtorizzat mod ieħor mid-Direttur, offerti maħruġa b’valur stmat li jaqa’ taħt ir-regolament 30(1)(b) għandhom jiġu pubblikati permez ta’ pjattaforma tal-akkwist elettoniku tal-gvern: Iżda jekk l-awtorità kontraenti ma tagħmilx użu mill-pjattaforma tal-akkwist elettoniku tal-gvern, hija għandha tirreklama l-offerta fil-Gazzetta.
(2) L-avviżi msemmija fir-regolamenti 63 sa 65 u l-informazzjoni li jinsabu fihom ma għandhomx jiġu pubblikati fuq livell nazzjonali qabel il-pubblikazzjoni skont ir-regolament 66: Iżda, l-pubblikazzjoni tista’ ssir f’kull każ fuq livell nazzjonali meta l-entitajiet kontraenti ma jkunux ġew notifikati bil-pubblikazzjoni fi żmien tmienja u erbgħin siegħa wara l-konferma tal-irċevuta skont ir-regolament 66.
(3) Avviżi u reklami pubblikati lokalment ma għandux ikollhom informazzjoni għajr dak il-kontenut fl-avviżi mibgħuta lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew ippubblikati fuq il-profil ta’ xerrjej, iżda għandhom jindikaw id-data li ntbagħat l-avviż lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew il-pubblikazzjoni tiegħu fuq il-profil ta’ xerrej.
(4) Avviżi indikattivi perjodiċi ma għandhomx jiġu pubblikati fuq profil ta’ xerrej qabel ma jintbagħat avviż tal-pubblikazzjoni tagħhom f’dik il-forma lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Għandhom jindikaw id-data li ntbagħtu.
