# L.S. 601.05, regolament 66. Forma u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/66 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/66
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) L-avviżi msemmija fir-regolamenti 63 sa 65 huma obbligatorji biss fir-rigward ta’ offerti b’valur stmat li ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fl-Iskeda 5 u għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Iskedi 8 Taqsima A u Taqsima B, 11 u 12 u fil-format ta’ formoli standard, inklużi formoli standard għal corrigenda.
(2) L-avviżi msemmija fir-regolamenti 63 sa 65 għandhom jitfasslu, u jiġu trażmessi b’mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u pubblikati skont l-Iskeda 10.
(3) L-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu provi tad-dati li fihom jintbagħtu l-avviżi.
(4) Il-konferma tar-riċevuta tal-avviż u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandha tikkostitwixxi prova tal-pubblikazzjoni.
(5) L-avviżi msemmija fir-regolamenti 63 sa 65 għandhom jiġu ppubblikati sħaħ fil-lingwa/i uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea magħżula mill-entità kontraenti. Dik il-verżjoni lingwistika jew dawk il-verżjonijiet lingwistiċi għandhom jikkostitwixxu l-uniku test awtentiku/l-uniċi testi awtentiċi.
(6) L-entitajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw avviżi dwar kuntratti għal xogħlijiet, provvisti jew servizz li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni stabbiliti f’dawn ir-regolamenti dejjem jekk dawk l-avviżi jintbagħtu lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’mezzi elettroniċi skont il-format u l-proċeduri għat-trasmissjoni indikati fl-fl-Iskeda 10.
