# L.S. 601.05, regolament 60. Ċarezza tad-dokumenti ta' akkwist

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/60 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/60
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Id-dokument ta’ akkwist għandu jinkiteb b’termini ċari u ambigwi sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jifhmu sew it-termini u l-kundizzjonijiet tal-proċess.
(2) Sakemm ma jkunx ġie mitlub kmieni biżżejjed, l-entitajiet kontraenti għandhom jipprovdu informazzjoni addizzjonali relatata mal-ispeċifikazzjonijiet u xi dokumenti ta’ sostenn lill-offerenti kollha parteċpanti fil-proċedura ta’ akkwist mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel il-limitu ta’ żmien iffissat għar-riċevuta tal-offerti.
(3) Fil-każ ta’ proċedura miftuħa aċċelerata kif imsemmi fr-regolament 91(3), il-perjodu msemmi fis-subregolament (2) għandu jkun ta’ erbat ijiem
