# L.S. 601.05, regolament 58. Dritt sabiex jiġu llimitati n-numru ta’ lottijiet mogħtija lil offerent wieħed

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/58 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/58
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

L-entitajiet kontraenti jistgħu, anke fejn jistgħu jiġu ppreżentati offerti għal diversi lottijiet jew għal-lottijiet kollha, jillimitaw in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jingħataw lil offerent wieħed, sakemm in-numru massimu ta’ lottijiet għal kull offerent ikun iddikjarat fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, għal offerta jew għal negozjar. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw l-objettiv u l-kriterji jew ir-regoli mhux diskriminatorji li huma beħsiebhom japplikaw biex jiddeterminaw liema lottijiet ser jingħataw fejn l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti tirriżulta fl-għoti lil offerent wieħed ta’ aktar lottijiet min-numru massimu.
