# L.S. 601.05, regolament 54. Valur ta’ prodotti ta’ leasing, kiri jew xiri bin-nifs

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/54 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/54
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

F’dak li jirrigwarda kuntratti ta’ provvista li għandhom x’jaqsmu ma’ leasing, il-kiri jew hire purchase ta’ prodotti, il-valur li għandu jitqies bħala bażi sabiex jiġi kkalkolat il-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:
   (a) fil-każ ta’ kuntratti fuq terminu fiss, jekk dak it-terminu jkun inqas minn jew daqs tnax-il xahar, il-valur totali stmat għat-terminu tal-kuntratt;
   (b) fil-każ ta’ kuntratti fuq terminu fiss, jekk dak t-terminu tal-kuntratt huwa aktar minn tnax-il xahar, il-valur totali inkluż il-valur residwu stmat;
   (ċ) fil-każ ta’ kuntratti mingħajr terminu fiss jew li t-terminu tagħhom ma jistax jiġi definit, il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.
