# L.S. 601.05, regolament 53. Tiġdid tal-kuntratti ta’ servizz u tal-provvista

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/53 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/53
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz u provvista li huma ta’ natura regolari jew li hemm il-ħsieb li jiġġeddu f’perjodu partikolari, il-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jiġi bbażat fuq dan li ġej:
   (a) kemm il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-tnax-il xahar preċedenti jew is-sena finanzjarja aġġustata, fejn possibbli, biex jitqiesu t-tibdiliet fil-kwantità jew il-valur li jistgħu jseħħu matul it-tnax-il xahar ta’ wara l-kuntratt inizjali; jew
   (b) il-valur totali stmat tal-kuntratti suċċessivi mogħtija matul it-tnax-il xahar wara l-ewwel kunsinna, jew matul is-sena finanzjarja jekk din tkun itwal minn tnax-il xahar.
