# L.S. 601.05, regolament 51. Provvisti simili

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/51 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/51
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Meta proposta għall-akkwist ta’ provvisti simili tista’ tirriżulta f’kuntratti mogħtija fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jiġi kkunsidrat il-valur totali stmat tal-lottijiet kollha.
(2) Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Iskeda 5, dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-għoti ta’ kull lott.
(3) Għall-finjijiet ta’ din it-Taqsima, "provvisti simili" tfisser prodotti li huma maħsuba għal użi identiċi jew simili.
