# L.S. 601.05, regolament 50. Valur ta’ xogħlijiet pubbbliċi

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/50 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/50
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Fil-valur stmat ta’ kuntratt ta’ xogħol, l-entitajiet kontraenti għandhom jinkludu kemm l-ispiża tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali stmat ta’ kwalunkwe provvista jew servizz li l-entitajiet kontraenti jqegħdu għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur, dejjem jekk dawn ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.
(2) Meta xogħol propost jew il-forniment propost ta’ servizzi jista’ jirriżulta fl-għoti ta’ kuntratti fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jitqies il-valur totali stmat ta’ dawn il-lottijiet kollha.
(3) Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Iskeda 5, dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-għoti ta’ kull lott.
