# L.S. 601.05, regolament 41. Akkwisti konġunti okkażjonali

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/41 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/41
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Żewġ entitajiet kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt wara li jiksbu l-approvazzjoni tad-Direttur u soġġett għal kundizzjonjiet li d-Direttur jista’ jimponi,
(2) Meta il-valur stmat tal-akkwist konġunt jaqa’ taħt il-limitu stabbilit taħt ir-regolament 30(1)(b), u sakemm id-Direttur ma jaqbilx mod ieħor, il-proċedura ta’ akkwist għandha tiġi amministrata mid-Direttur.
(3) Fejn it-twettiq ta’ proċedura tal-akkwisti ssir kollha kemm hi b’mod konġunt f’isem u għan-nom tal-entitajiet kontraenti kkonċernati kollha, huma għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dawn ir-regolamenti. Dan japplika wkoll f’każijiet fejn entità kontraenti waħda tamminstra l-proċedura tal-akkwist, waqt li taġixxi f’isimha stess u f’isem l-entitajiet kontraenti l-oħra kkonċernati.
(4) Fejn it-twettiq ta’ proċedura tal-akkwist ma tkunx kollha kemm hi mwettqa f’isem u għan-nom tal-entitajiet kontraenti kkonċernati, huma għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt biss għal dawk il-partijiet imwettqin b’mod konġunt. Kull entità kontraenti għandu jkollha r-responsabbiltà unika li tissodisfa l-obbligi tagħha skont dawn ir-regolamenti fir-rigward tal-partijiet li hija twettaq f’isimha u għan-nom tagħha stess.
