# L.S. 601.05, regolament 40. Obbligi

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/40 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/40
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Meta entità kontraenti twettaq l-akkwist tagħha taħt ir-regolament 39, dan għandu jitqies li ssodisfat l-obbligi tagħha taħt dawn ir-regolamenti.
(2) L-entità kontraenti wkoll tissodisfa l-obbligi tagħha skont dawn ir-regolamenti fejn takkwista xogħlijiet, provvisti jew servizzi:
   (a) bl-użu ta’ kuntratti mogħtija minn korp ċentrali ta’ xiri;
   (b) bl-użu ta’ sistemi dinamiċi ta’ xiri operati minn korp ċentrali ta’ xiri; jew
   (ċ) bl-użu ta’ ftehim qafas konkluż minn korp ċentrali ta’ xiri li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-paragrafu (b) tat-tifsira "attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati" fir- regolament 2.
(3) Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subregolament (2), l-entità kontraenti konċernata għandha tkun responsabbli li tissodisfa l-obbligi tagħha skont dawn ir-regolamenti fir-rigward tal-partijiet li tmexxi hija stess, bħal:
   (a) l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika ta’ xiri, li tkun operata minn korp ċentrali ta’ xiri;
   (b) it-twettiq tal-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas li jkun ġie konkluż minn korp ċentrali ta’ xiri.
(4) Il-proċeduri kollha ta’ akkwist immexxija minn korp ċentrali ta’ xiri għandhom jitwettqu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, skont il-ħtiġijiet stipulati fir-regolament 70.
(5) L-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratt ta’ servizz għall-provvista ta’ attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati lil korp ċentrali ta’ xiri mingħajr l-applikazzjoni tal-proċeduri previsti f’dawn ir-regolamenti.
(6) Il-Kuntratti ta’ servizz pubbliku identifikati taħt is-subregolment (5) jistgħu jinkludu wkoll il-forniment ta’ attivitajiet ta’ xiri anċillari.
