# L.S. 601.05, regolament 39. Attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati u korp ċentrali ta’ xiri

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/39 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/39
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) L-entità kontraenti tista’ tikseb, provvisti u jew servizzi minn korp ċentrali ta’ xiri maħsuba għal entitajiet kontraenti.
(2) L-entitajiet kontraenti jistgħu jakkwistaw xogħlijiet, provvisti u servizzi billi jużaw kuntratti mogħtija minn korp ċentrali ta’ xiri, bl-użu ta’ sistemi dinamiċi tax-xiri operati minn korp ċentrali ta’ xiri jew bl-użu ta’ ftehim qafas konkluż minn korp ċentrali ta’ xiri li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-paragrafu (b) tat-tifsira "attivitajiet ta’ xiri ċentralizzat" fir-regolament 2. Fejn sistema dinamika ta’ xiri li tkun operata minn korp ċentrali ta’ xiri tista’ tintuża minn entitajiet kontraenti oħrajn, dan għandu jiġi indikat fis-sejħa għal kompetizzjoni li tistabbilixxi dik is-sistema dinamika ta’ xiri.
