# L.S. 601.05, regolament 35. Dmir tal-awtorità kontraenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/35 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/35
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Amended by: A.L. 46 tal-2019

Għandu jkun id-dmir ta’ kull awtorità kontraenti li:
   (a) josservaw u jirrispettaw dawn ir-regolamenti;
   (b) jamministraw l-akkwist tagħhom stess meta il-valur stmat ta’ dak l-akkwist jaqa’ taħt il-limitu stabbilit fir-regolament 30(1)(a);
   (ċ) ifasslu dokumenti ta’ akkwist u d-okumentazzjoni relevanti kollha ta’ sostenn: Iżda meta awtorità kontraenti jkollha bżonn tippubblika proċess tal-akkwist b’valur stmat li jaqa’ taħt il-limitu stabbilit taħt ir-regolament 30(1)(b), l-awtorità kontraenti għandha tibgħat id-dokument ta’ akkwist u d-dokumentazzjoni relevanti kollha ta’ sostenn lid-Direttur sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu miflija, ippubblikatu u amministrati mid-Direttur;
   (d) jiżguraw li kull referenza għan-nomenklaturi fil-kuntest tal-akkwist pubbliku għandha ssir billi jintuża l-Vokabolarju Komuni dwar l-Akkwisti Pubbliċi;
   (e) jippubblikaw is-sejħiet kollha għal offerti u kwotazzjonijiet, permazz ta’ pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern, sakemm ma jkunx awtorizzat mod ieħor mid-Direttur bil-miktub;
   (f) jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-proċess tal-akkwist;
   (g) jieħdu miżuri xierqa sabiex b’mod effettiv, jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw konflitti ta’ interess li jirriżultaw fit-twettiq ta’ proċeduri tal-akkwist sabiex jiġi evitat kwalunkwe tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u jiġi żgurat trattament ugwali għall-operaturi ekonomiċi kollha;
   (h) jindikaw fid-dokumenti tagħhom ta’ akkwist li l-għoti ta’ kuntratt huwa soġġett għal proċedura ta’ reviżjoni kif stabbilit b’dawn ir-regolamenti u għandhom jinkludu estratt tal-parti rilevanti tal-proċess ta’ appell fl-imsemmija dokumenti sabiex jiġu gwidati l-operaturi ekonomiċi;
   (i) li jamministraw u jimplimentaw il-kuntratti kollha iffirmati minnhom jew għan-nom tagħhom u li jiddefendu quddiem qorti jew tribunal kull tilwima li tista’ tqum fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt;
   (j) li jagħmlu l-pagamenti kollha li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt;
   (k) jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li, matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehim kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Iskeda 14: Iżda awtorità jew entitajiet kontraenti tista' tiddeċiedi li ma tagħtix kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn hija tkun stabbilixxiet li l-offerta ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli msemmija f’dan il-paragrafu.
   (l) jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jekk il-Kummissjoni titlob hekk, l-informazzjoni li ġejja rigward l-applikazzjoni tar-regolament 31(1) u (6) u r-regolament 32:
      (i) l-ismijiet tal-impriżi jew l-impriżi konġunti konċernati;
      (ii) in-natura u l-valur tal-kuntratti involuti;
      (iii) provi meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni li juru li r-relazzjoni bejn l-impriża jew l-impriża konġunta li ngħataw il-kuntratti u l-entità kontraenti tikkonforma mar-rekwiżiti tar-regolament 31 jew 32.
