# L.S. 601.05, regolament 32. Impriżi konġunti

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/32 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/32
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Minkejja d-dispożizzzjonijet tar-regolament 29, u jekk l-impriża konġunta twaqqfet sabiex twettaq l-attività kkonċernata fuq perjodu minimu ta’ tliet snin u li l-istrument li jwaqqaf l-impriża konġunta jistipula li l-entitajiet kontraenti li jifformawha ser ikunu parti minnha għal tal-inqas l-istess perjodu, dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għall-kuntratti mogħtija minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
   (a) impriża konġunta, iffurmata esklużivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bl-għan li jitwettqu attivitajiet skont it-tifsira tar-regolamenti 7 sa 13, lil waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti;
   (b) entità kontraenti lil dik l-impriża konġunta li tifforma parti minnha.
