# L.S. 601.05, regolament 30. Amministrazzjoni tal-proċess

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/30 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/30
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Amended by: A.L. 26 tal-2018; A.L. 196 tal-2020; A.L. 26 tal-2022; A.L. 226 tal-2023; A.L. 362 tal-2024

(1) Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, il-proċess tal-akkwist ta’ kuntratti pubbliċi -
   (a) il-valur stmat li jkun inqas minn erba’ mija tlieta u erbgħin elf euro (€443,000), għandu jiġi maħruġ, amministrat jew stabbilit mill-awtoritajiet kontraenti mingħajr l-involviment tad-Direttur;
   (b) il-valur stmat li jkun daqs jew jaqbeż il-limitu ta’ erba mija tlieta u erbgħin elf euro (€443,000), għandu jiġi maħruġ, amministrat u stabbilit mid-Direttur għan-nom tal-awtorità kontraenti: Iżda kuntratti pubbliċi meħtieġa mill-Enemalta plc jew mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhom jinħarġu, jiġu amministrati u determinati minnha waħedhom mingħajr l-involviment tad-Direttur, soġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dawn ir-regolamenti, inkluż iżda mhux limitat għad-dritt ta’ appell.
(2) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’regolamenti jistabbilixxi l-limiti applikabbli taħt dawn ir-regolamenti. Dawn il-limiti għandhom ikunu indaqs jew ikkategorizzati bl-istess mod, bħal dawk il-limiti stabbiliti skont id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea realvanti kif pubblikati minn żmien għal żmien f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
