# L.S. 601.05, regolament 28. Atti ta’ implimentazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/28 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/28
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi regoli ddettaljati. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jinkludi tal-inqas ir-regoli relatati ma’:
   (a) il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-informazzjoni tad-data li fiha jibda u jintemm il-perjodu stipulat fil-paragrafu 1 tal-Iskeda 6, inklużi kwalunkwe prolungamenti jew sospensjonijiet ta’ dawk il-perjodi, kif previst f’dik l-Iskeda;
   (b) il-pubblikazzjoni tal-applikabbiltà possibbli tar-regolament 24(1) u (2);
   (ċ) id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-forma, il-kontenut u dettalji oħra skont ir-regolament 25(1), (2) u (3).
