# L.S. 601.05, regolament 27. Talbiet oħrajn qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ fir-rigward tal-ewwel talba

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/27 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/27
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Meta attività diġà tkun soġġetta għal proċedura taħt dan it-titolu, talbiet oħrajn li jikkonċernaw l-istess attività qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ fir-rigward tal-ewwel talba ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda u għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest tal-ewwel talba.
