# L.S. 601.05, regolament 26. Modifika ta’ talba

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/26 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/26
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Wara s-sottomissjoni ta’ talba, l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernati tista’, bi qbil mal-Kummissjoni, timmodifika b’mod sostanzjali t-talba tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet jew taż-żoni ġeografiċi kkonċernati. F’dak il-każ, għandu japplika perjodu ġdid għall-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni, li għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-paragrafu 1 tal-Iskeda 9, sakemm ma jsirx qbil dwar perjodu iqsar mill-Kummissjoni u l-Istat Membru jew l-entità kontraenti li ppreżentat it-talba.
