# L.S. 601.05, regolament 23. Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/23 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/23
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal kuntratti jew il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża u sigurtà li l-entità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’dawn ir-regolamenti stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin
   (a) ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż f’konformità mat-Trattati bejn Malta u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-użu konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;
   (b) ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċerna l-impriżi ta’ Malta jew pajjiż terz;
   (ċ) organizzazzjoni internazzjonali.
(2) Il-ftehim jew l-arranġamenti kollha msemmija fis-subregolament (1)(a) għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni.
(3) Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża u ta’ sigurtà li l-entità kontraenti tagħti skont regoli ta’ akkwist previsti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn ikkonċernati jkunu ffinanzjati kompletament minn din l-organizzazzjoni jew istituzzjoni. Fil-każ ta’ kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma kofinanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri tal-akkwist applikabbli.
