# L.S. 601.05, regolament 21. Difiża u sigurtà

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/21 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/21
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal kuntratti li jaqgħu fl-iskop ta’ Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi minn Awtoritajiet jew Entitajiet Kontraenti fl-Oqsma tad-Difiża u s-Sigurtà kif ukoll għall-kuntratti li għalihom l-imsemmija regolamenti ma japplikawx skont ir-regolamenti 9, 13 u 14 tiegħu.
(2) Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li mhumiex eżentati mod ieħor skont is-subregolment (1), sa fejn il-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ Malta ma tkunx tista’ tiġi ggarantita permezz ta’ miżuri inqas intrużivi, pereżempju bl-impożizzjoni ta’ rekwiżiti mmirati għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali ta’ informazzjoni li l-entità kontraenti tagħmel disponibbli fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt kif previst f’dawn ir-regolamenti.
(3) Dawn ir-regolamenti japplikaw għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li mhumiex eżentati mod ieħor skont is-subregolment (1) sa fejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti tobbliga lill-Malta biex tagħti informazzjoni li hija tqis l-iżvelar tagħha bħala kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħha.
