# L.S. 601.05, regolament 20. Kuntratti mogħtija minn ċerti entitajiet kontraenti għax-xiri ta’ ilma u għall-provvista ta’ enerġija jew ta’ karburanti għall-produzzjoni ta’ enerġija

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/20 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/20
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal:
   (a) għal kuntratti għax-xiri ta’ ilma jekk dawn ikunu ngħataw minn entitajiet kontraenti involuti f’waħda jew fiż-żewġ attivitajiet relatati mal-ilma tajjeb għax-xorb imsemmija fir-regolament 9(1);
   (b) għal kuntratti mogħtija minn awtoritajiet kontraenti nfushom li jkunu attivi fis-settur tal-enerġija billi dawn ikunu involuti f’attività msemmija fir-regolament 7(1), regolament 8(1) jew ir-regolament 13 għall-provvista’ -
      (i) ta’ enerġija;
      (ii) ta’ karburanti għall-produzzjoni ta’ enerġija.
