# L.S. 601.05, regolament 19. Kuntratti ta’ servizzi assenjati fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/19 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/19
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal kuntratti ta’ servizz mogħtija lil entità li hija fiha nnifisha awtorità kontraenti jew lil assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv li huma jgawdu skont liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva pubblikata li tkun kompatibbli mat-TFUE.
