# L.S. 601.05, regolament 178. Approvazzjoni tad-Direttur

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/178 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/178
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Meta modifika ta’ offerta b’valur stmat li jaqa’ taħt ir-regolament 30(1)(b) li b’mod kumulattiv jaqbeż l-ammont stabbilit taħt ir-regolament 177(3) tintalab mill-entità kontraenti, għandha tiġi mitluba l-approvazzjoni minn qabel tad-Direttur.
(2) F’ċirkustanzi eċċezzjonali fejn in-natura tal-urġenza tal-modifika li għandha ssir tkun tali li l-entità kontraenti ma tistax possibbilment tistenna għall-approvazzjoni minn qabel tad-Direttur, l-awtorità kontraenti tista’ tipproċedi bil-modifika sakemm din tosserva l-kundizzjonijiet imsemmija fir-regolament 177.
