# L.S. 601.05, regolament 17. Kuntratti mogħtija u kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati skont regoli internazzjonali

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/17 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/17
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li l-entità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità ma’ proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati dawn ir-regolamenti stabbilita bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
   (a) strument legali li joħloq obbligi legali internazzjonali, bħal ftehim internazzjonali konkluż f’konformità mat-Trattati bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-isfruttament konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;
   (b) organizzazzjoni internazzjonali;
   (ċ) kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li l-entità kontraenti tagħti jew torganizza skont regoli ta’ akkwist previsti minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, fejn il-kuntratti jew il-kompetizzjonijiet ta’ disinn ikkonċernati jkunu ffinanzjati kompletament minn dik l-organizzazzjoni jew istituzzjoni; fil-każ ta’ kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn ikkofinanzjati fil-parti l-kbira minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, il-partijiet għandhom jaqblu dwar il-proċeduri applikabbli tal-akkwist: Iżda għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn li jaqgħu taħt dan ir-regolament, u li jkollhom valur stmat li jilħaq jew jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Iskeda 5, l-entità kontraenti għandha tikkomunika lill-Kummissjoni l-istrumenti legal kollha imsemmija fil-paragrafu (a).
(2) Id-dispożizzjonijet tar-regolament 23 għandhom japplikaw għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew huma organizzati skont ir-regoli internazzjonali. Is-subregolament (1) m’għandux japplika għal dawk il-kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn.
