# L.S. 601.05, regolament 165. Kriterji għal għażla kwalitattiva

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/165 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/165
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) L-entitajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu regoli u kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u l-għażla ta’ offerenti jew kandidati; dawk ir-regoli jew il-kriterji għandhom ikunu disponibbli għall-operaturi ekonomiċi interessati.
(2) Fejn l-entitajiet kontraenti jeħtieġu li jiżguraw bilanċ adatt bejn il-karatteristiċi partikolari tal-proċedura ta’ akkwist u r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tagħha, dawn jistgħu, fi proċeduri ristretti jew negozjati, fi djalogi kompetittivi jew fi sħubijiet għall-innovazzjoni, jistabbilixxu regoli u kriterji oġġettivi li jirreflettu din il-ħtieġa u li jippermettu lill-entità kontraenti tnaqqas l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna għall-offerti jew għan-negozjar. Madanakollu, l-għadd ta’ kandidati magħżula għandu jieħu kont tal-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni adegwata.
