# L.S. 601.05, regolament 162. Komunikazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/162 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/162
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Matul kull fażi ta’ rkant elettroniku l-entitajiet kontraenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-offerenti kollha biżżejjed informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom mill-klassifikazzjonijiet relattivi f’kull mument. Jistgħu jikkomunikaw ukoll informazzjoni oħra rigward prezzijiet jew valuri oħra ppreżentati, dejjem jekk dan ikun iddikjarat fl-ispeċifikazzjonijiet. Fi kwalunkwe mument, dawn jistgħu jħabbru wkoll in-numru ta’ parteċipanti f’dik il-fażi tal-irkant. Madanakollu, fl-ebda każ ma jistgħu jiddivulgaw l-identitajiet tal-offerenti matul kwalunkwe fażi tal-irkant elettroniku.
