# L.S. 601.05, regolament 161. Stedina għal offerti ammissibbli

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/161 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/161
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) L-offerenti kollha li jkunu ppreżentaw offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b’mod simultanju b’mezzi elettroniċi sabiex jipparteċipaw fl-irkant elettroniku billi jintużaw, mid-data u l-ħin speċifikati, il-konnessjonijiet skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-istedina. L-irkant elettroniku jista’ jseħħ f’għadd ta’ fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma għandux jibda qabel jumejn ta’ xogħol wara d-data li fiha ntbagħtu l-istediniet.
(2) L-istedina għandha tkun akkumpanjata mir-riżultat tal-evalwazzjoni sħiħa tal-offerta rilevanti, imwettqa skont l-ippeżar speċifikat fir-regolament 170(7), (8), (9).
(3) L-istedina għandha tiddikjara wkoll l-istat tal-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku sabiex jiġu determinati l-klassifikazzjonijiet awtomatiċi l-ġodda fuq il-bażi tal-prezzijiet il-ġodda u, jew il-valuri l-ġodda sottomessi. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, dik il-formula għandha tinkorpora l-ippeżar tal-kriterji kollha stabbiliti sabiex tiġi determinata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, kif indikat fl-avviż użat bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokumenti tal-akkiwst l-oħra. Madanakollu, għal dak il-fini, kwalunkwe medda għandha titnaqqas minn qabel għal valur speċifikat.
(4) Fejn huma awtorizzati varjanti, għandha tingħata formula separata għal kull varjant.
