# L.S. 601.05, regolament 160. Ammissibbiltà ta' offerti

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/160 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/160
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Offerta għandha tkun meqjusa ammissibbli meta tkun ġiet sottomessa minn offerent, li ma kienx ġie eskluż skont ir-regolamenti 164(1) jew 165(1) u li jissodisfa l-kriterji tal-għażla stipulati mir-regolamenti 164(1) jew 165(1), u li l-offerta tiegħu tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mingħajr ma tkun irregolari jew mhux aċċettabbli jew mhux adatta.
(2) B’mod partikolari, offerti li ma jikkonformawx mad-dokumenti ta’ akkwist, li jkunu waslu tard, meta jkun hemm prova ta’ kollużjoni jew korruzzjoni, jew li jkunu nstabu mill-entità kontraenti bħala anormalment baxxi, għandhom jitqiesu irregolari. B’mod partikolari, offerti ppreżentati minn offerenti li ma għandhomx il-kwalifiki mitluba, u offerti li l-prezz tagħhom jeċċedi l-baġit tal-entità kontraenti kif determinat u dokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist għandhom jitqiesu inaċċettabbli.
(3) Offerta għandha tkun meqjusa bħala mhux adatta meta hija irrilevanti għall-kuntratt, minħabba li b’mod ċar mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-entità kontraenti kif speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist. Talba għall-parteċipazzjoni għandha tiġi meqjusa mhux adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista’ jkun eskluż f’konformità mar-ir-regolamenti 164(1) jew 165(1), jew ma jissodisfax il-kriterji tal-għażla stipulati mill-entità kontraenti.
