# L.S. 601.05, regolament 16. Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati għal għanijiet differenti mit-twettiq ta’ attività koperta jew għat-twettiq ta’ attività bħal din f’pajjiż terz

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/16 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/16
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal kuntratti li l-entitajiet kontraenti jagħtu għal għanijiet, differenti mit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom kif deskritt fir-regolamenti 7 sa 13 jew għat-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet f’pajjiż terz, f’kundizzjonijiet li ma jinvolvux l-użu fiżiku ta’ netwerk jew ta’ żona ġeografika fl-Unjoni u ma għandhiex tapplika lanqas għal kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati għal għanijiet bħal dawn.
(2) L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jekk jintalbu jagħmlu dan, b’kull attività li huma jqisu bħala eskluża skont is-subregolment (1).
