# L.S. 601.05, regolament 158. Żvelar

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/158 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/158
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Amended by: A.L. 26 tal-2018

Entitajiet kontraenti li jiddeċiedu li jorganizzaw irkant elettroniku għandhom jiddikjaraw dan il-fatt fl-avviż ta’ kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew, fejn jintuża avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki bħala mezz għas-sejħa għal kompetizzjoni, fl-istedina għall-offerti. Id-dokumenti tal-akkwist għandhom jinkludu tal-inqas l-informazzjoni stipulata fl-Iskeda 8.
