# L.S. 601.05, regolament 155. Struttura

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/155 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/155
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Għal dan il-fini, l-entitajiet kontraenti għandhom jistrutturaw l-irkant elettroniku bħala proċess elettroniku ripetittiv, li jseħħ wara evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti, li jippermetti li dawn jiġu kklassifikati bl-użu ta’ metodi ta’ evalwazzjoni awtomatiċi.
(2) Ċerti kuntratti ta’ servizzi u ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet li għandhom prestazzjonijiet intellettwali bħala s-suġġett tagħhom, bħad-disinn ta’ xogħlijiet, li ma jistgħux jiġu kklassifikati bl-użu ta’ metodi awtomatiċi ta’ evalwazzjoni, ma għandhomx ikunu s-suġġett ta’ rkanti elettroniċi.
