# L.S. 601.05, regolament 151. Awtodikjarazzjoni aġġornata

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/151 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/151
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) L-entitajiet kontraenti li, f’konformità mar-regolament 164 japplikaw raġunijiet għal esklużjoni u kriterji tal-għażla previsti fir-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku, jistgħu, fi kwalunkwe mument matul il-perjodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri, jirrikjedu lill-parteċipanti ammessi jippreżentaw awtodikjarazzjoni mġedda u aġġornata kif previst fir-regolament 225 ta’ dawk ir-regolamenti, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha tintbagħat dik it-talba.
(2) Id-dispożizzzjonijet tar-regolamenti 228 u 229 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, għandhom japplikaw matul il-perjodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri.
