# L.S. 601.05, regolament 15. Kuntratti mogħtija għall-finijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/15 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/15
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal kuntratti mogħtija għall-finijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi, sakemm l-entità kontraenti ma tgawdi mill-ebda dritt speċjali jew esklużiv li tbigħ jew tikri s-suġġett ta’ dawn il-kuntratti, filwaqt li entitajiet oħra jkunu ħielsa li jbigħuh jew jikruh taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk tal-entità kontraenti.
(2) L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk jintalbu jagħmlu dan bil-kategoriji kollha ta’ prodotti jew attivitajiet li huma jqisu bħala esklużi skont is-subregolment (1).
