# L.S. 601.05, regolament 148. Regoli applikabbli. A.L. 26 tal-2018

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/148 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/148
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Amended by: A.L. 26 tal-2018

(1) Sabiex isir akkwist skont sistema dinamika ta’ xiri, l-entitajiet kontraenti għandhom isegwu r-regoli tal-proċedura ristretta.
(2) Il-kandidati kollha li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla għandhom jitħallew jużaw is-sistema, f’konformità ma r-regolament 165(2) in-numru ta’ kandidati li għandhom jiġu ammessi għas-sistema ma għandux ikun limitat. Meta l-entitajiet kontraenti jkunu ddividew is-sistema f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi f’konformità mas-subregolament (1), huma għandhom jispeċifikaw il-kriterji tal-għażla applikabbli għal kull kategorija.
(3) Minkejja d-dispożizzzjonijet tar-regolamenti 93 sa 96, għandhom japplikaw il-limiti ta’ żmien li ġejjin:
   (a) il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn tletin ġurnata mid-data li fiha jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew, fejn tiġi pubblikata sejħa għal kompetizzjoni jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess intbagħtet u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun ta’ inqas minn ħmistax-il jum skont il-każ. L-ebda limitu ta’ żmien ulterjuri għar-riċevuta ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni ma għandu japplika ladarba tkun intbagħtet l-istedina għal offerta għall-ewwel akkwist speċifiku skont is-sistema dinamika ta’ xiri;
   (b) l-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti għandu jkun tal-inqas għaxart ijiem mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta. Id-dispożizzzjonijet tar-regolament 96 għandhom japplikaw.
