# L.S. 601.05, regolament 145. Għoti abbażi ta’ regoli u kriterji oġġettivi

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/145 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/145
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Il-kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw abbażi ta’ regoli u kriterji oġġettivi, li jistgħu jinkludu l-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni fost dawk l-operaturi ekonomiċi li huma parti mil-ftehim qafas kif konkluż. Dawn ir-regoli u l-kriterji għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist għall-ftehim qafas.
(2) Ir-regoli u l-kriterji oġġettivi għandhom jiżguraw trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi li huma partijiet għall-ftehim. Fejn huwa inkluż ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien li huwa twil biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu sottomessi offerti għal kull kuntratt speċifiku u l-entitajiet kontraenti għandhom jagħtu kull kuntratt lill-offerent li ssottometta l-aħjar offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ftehim qafas.
