# L.S. 601.05, regolament 139. Rekwiżiti ta’ entità kontraenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/139 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/139
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) L-entitajiet kontraenti jistgħu jieħdu kont il-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibilità, l-aċċessibilità tal-prezz, u d-disponibbiltà, il-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġiet speċifiċi ta’ kategoriji differenti ta’ utenti, inklużi gruppi vulnerabbli u żvantaġġati, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni.
(2) L-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-proċeduri identifikati fis-subregolament (1) għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati, b’mod partikolari, il-limiti ta’ żmien permessi għall-preżentazzjoni tal-offerti ikunu biżżejjed sabiex jippermettu lill-offerenti jissottomettu offerta.
(3) L-entitajiet kontraenti jistgħu, sabiex jiġu stabbiliti l-proċeduri msemmija f’din it-Taqsima, bla ħsara għal dak imsemmi fir-regolamenti stabbiliti taħt din it-Taqsima, ukoll jiddeċiedu japplikaw ir-regolamenti stabbiliti għal proċeduri oħrajn ta’ akkwist
(4) L-entitajiet kontraenti jistgħu jipprovdu wkoll li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi għandha ssir abbażi tal-offerta li tirrappreżenta tal-aqwa bilanċ bejn prezz u kwalità, b’kont meħud tal-kriterji tal-kwalità u s-sostenibbiltà għas-servizzi soċjali.
