# L.S. 601.05, regolament 138. Prinċipji tal-għoti ta’ kuntratti

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/138 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/138
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) L-entitajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw fid-dokumenti ta' akkwist rispettivi l-proċeduri li għandhom jiġu applikati b'konnessjoni mal-għoti ta’ sejħa għal offerti bla ħsara għal dak li jingħad fir-regolamenti koperti minn din it-Taqsima.
(2) L-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-proċeduri msemmija fis-subregolament (1) jieħdu in konsiderazzjoni adegwatament il-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi.
