# L.S. 601.05, regolament 136. Avviż dwar għoti ta’ kuntratt

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/136 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/136
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Fir-rigward ta’ kuntratti pubbliċi b’valur stmat li jilħaq jew jaqbeż il-limitu stabbilit taħt il-paragrafu (ċ) tal-Iskeda 5, l-entitajiet kontraenti li taw kuntratt għas-servizzi imsemmija fir-regolament 134 għandhom iħabbru r-riżultati permezz ta’ avviż ta’ għoti ta’ kuntratt. Madankollu huma jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, għandhom jibgħatu l-avviżi raggruppati fi żmien tletin ġurnata minn tmiem kull trimestru.
