# L.S. 601.05, regolament 135. Pubblikazzjoni ta’ avviżi

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/135 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/135
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Amended by: A.L. 26 tal-2018

(1) L-entitajiet kontraenti li beħsiebhom jagħtu kuntratt għas-servizzi msemmija fir-regolament 134 għandhom iħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ wieħed minn dawn il-modi:
   (a) għal kuntratti pubbliċi b’valur stmat li jilħaq jew jaqbeż il-limitu stabbilit taħt il-paragrafu (ċ) tal-Iskeda 5:
      (i) permezz ta’ avviż ta’ kuntratt; jew
      (ii) permezz ta’ avviż perjodiku indikattiv, li għandu jiġi ppubblikat kontinwament. L-avviż perjodiku indikattiv għandu jirreferi b’mod speċifiku għat-tipi ta’ servizzi li ser ikunu s-suġġett tal-kuntratti li għandhom jingħataw. Huwa għandu jindika li l-kuntratti ser jingħataw mingħajr aktar pubblikazzjoni u jistieden lil operaturi ekonomiċi interessati biex jesprimu l-interess tagħhom bil-miktub; jew
      (iii) permezz ta’ avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika, li għandu jiġi ppubblikat kontinwament; jew
   (b) għal kuntratti pubbliċi b’valur stmat li jkun inqas mil-limitu imsemmi fil-paragrafu (ċ) tal-Iskeda 5 billi jiġi pubblikat fis-sistema tal-akkwist elettroniku tal-gvern: Iżda dan il-paragrafu ma għandux japplika meta proċedura nnegozata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel setgħet ġiet użata għall-għotja ta’ kuntratt għal servizz pubbliku f’konformità mar-regolament 126.
