# L.S. 601.05, regolament 133. Kuntratti riżervati

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/133 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/133
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) L-entitajiet kontraenti jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri tal-akkwist għal workshops protetti jew operaturi ekonomiċi li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ persuni li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jistgħu jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti, dment li tal-inqas 30% tal-impjegati ta’ dawk il-workshops, l-operaturi ekonomiċi jew il-programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabbiltà jew ħaddiema żvantaġġati.
(2) Is-sejħa għal kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal dan ir-regolament.
