# L.S. 601.05, regolament 132. Deċiżjonijiet tal-ġurija

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/132 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/132
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Il-ġurija għandha tkun awtonoma fid-deċiżjonijiet jew l-opinjoniet tagħha.
(2) Il-ġurija għandha teżamina l-pjanijiet u l-proġetti ppreżentati mill-kandidati b’mod anonimu u fuq il-bażi unika tal-kriterji indikati fl-avviż ta’ kompetizzjoni.
(3) Il-ġurija għandha tirreġistra l-klassifikazzjoni tal-proġetti f’rapport, iffirmat mill-membri tagħha, magħmula skont il-merti ta’ kull proġett, flimkien mal-kummenti tagħha u kwalunkwe punti li jeħtieġ li jiġu ċċarati.
(4) L-anonimità għandha tiġi osservata sakemm il-ġurija tasal għal opinjoni jew deċiżjoni.
(5) Jekk ikun jeħtieġ, il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna jwieġbu mistoqsijiet li l-ġurija rreġistrat fil-minuti sabiex jiċċaraw kwalunkwe aspett mill-proġetti.
(6) Għandhom jinżammu minuti sħaħ tad-djalogu bejn il-membri tal-ġurija u l-kandidati.
