# L.S. 601.05, regolament 131. L-għamla tal-ġurija

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/131 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/131
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Il-ġurija għandha tkun komposta esklużivament minn persuni fiżiċi li huma indipendenti mill-parteċipanti fil-kompetizzjoni. Fejn tkun meħtieġa kwalifika professjonali partikolari mill-parteċipanti f’kompetizzjoni, tal-inqas terz mill-membri tal-ġurija għandu jkollhom dik il-kwalifika jew kwalifika ekwivalenti.
