# L.S. 601.05, regolament 13. Estrazzjoni ta’ żejt u gass u esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam jew karburanti solidi oħra

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/13 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/13
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Dawn ir-regolamenti japplikaw għal attivitajiet relatati mal-isfruttar ta’ żona ġeografika bl-għan ta’:
   (a) estrazzjoni ta’ żejt jew gass;
   (b) esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam u karburanti solidi oħra
(2) Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu tal-esplorazzjoni ta’ żejt u gass.
(3) Għall-finjijiet ta’ dan ir-regolament:
   (a) "esplorazzjoni" għandha tiġi kkunsidrata li tinkludi l-attivitajiet li twettqu sabiex jiġi vverifikat jekk iż-żejt u l-gass humiex preżenti f’żona partikolari u, jekk hemm, jekk jistax jiġi sfruttat b’mod kummerċjali;
   (b) "estrazzjoni" għandha tiġi kkunsidrata bħala l-"produzzjoni" ta’ żejt u gass;
   (ċ) "produzzjoni" għandha titqies ukoll li tinkludi l-istabbiliment ta’ infrastruttura adegwata għal produzzjoni fil-futur ta’ żejt bħal pjattaformi taż-żejt, pajpijiet u terminals.
