# L.S. 601.05, regolament 128. Offerti meqjusa mhumiex adatti

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/128 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/128
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Għall-finjiet ta’ din it-Taqsima, offerta għandha tkun meqjusa bħala mhux adatta meta hija irrilevanti għall-kuntratt, minħabba li b’mod ċar mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-entità kontraenti kif speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist. Talba għall-parteċipazzjoni għandha tiġi meqjusa mhux adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista’ jkun eskluż f’konformità mar-regolamenti 165(1) jew 164, jew ma jissodisfax il-kriterji tal-għażla stipulati mill-entità kontraenti f’konformità mar-regolamenti 164, 166 jew 165.
