# L.S. 601.05, regolament 124. Użu tal-proċedura negozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/124 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/124
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Id-Direttur jista’, wara li jiġi mitlub mill-entità kontraenti, bla ħsara għal xi kundizzjonijiet li huwa jqis xierqa li jimponi, japprova bil-miktub l-użu tal-proċedura negozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel, kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, Kuntratti għal provvisti pubbliċi u Kuntratti ta’ servizz pubbliku kif speċifikat fir-regolamenti li ġejjin.
(2) It-talba magħmula mill-awtorità kontraenti għandha debitament tissostanzja l-ħtiega ta’ proċedura negozjata.
(3) Id-Direttur ma għandux jippremetti l-użu ta’ din il-proċedura f’xi każijiet oħra għajr dawk imsemmija f’din it-Taqsima.
