# L.S. 601.05, regolament 120. Kjarifika, preċiżazzjoni, eċċ

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/120 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/120
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Fuq talba tal-entità kontraenti, dawk l-offerti jistgħu jkunu ċċarati, ippreċiżati u pperfezzjonati. Madankollu, din il-kjarifika, preċiżazzjoni u perfezzjonament jew informazzjoni addizzjonali ma tistax tinvolvi bidliet fl-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inkluż il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, fejn varjazzjonijiet għal dawk l-aspetti, ħtiġijiet u rekwiżiti x’aktarx joħolqu tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jew ikollhom effett diskriminatorju.
