# L.S. 601.05, regolament 118. Ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/118 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/118
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

L-entitajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tagħhom fl-avviż ta’ kuntratt, u għandhom jiddefinixxu dawk il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti f’dak l-avviż u, jew f’dokument deskrittiv. Fl-istess ħin u fl-istess dokumenti, huma għandhom jistabbilixxu u jiddefinixxu l-kriterji tal-għoti magħżula wkoll u jistabbilixxu perjodu ta’ żmien indikattiv.
