# L.S. 601.05, regolament 117. Parteċipazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/117 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/117
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-entità kontraenti wara l-evalwazzjoni tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jipparteċipaw fid-djalogu. L-entitajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adatti li għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura f’konformità mar-regolament 165(2). Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju tal-għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont ir-regolament 170(2).
