# L.S. 601.05, regolament 116. Limitu ta’ żmien

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/116 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/116
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun tletin ġurnata mid-data li fiha l-avviż ta’ kuntratt intbagħat jew minn meta ġiet ippubblikata s-sejħa għal kompetizzjoni jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess intbagħtet u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun ta’ inqas minn ħmistax-il jum skont il-każ.
